LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ‘Il-Mewt Se Tiġi Meqruda’
    It-Torri tal-Għassa—1998 | Lulju 1
    • 10 Dan “it-​tmiem” huwa t-​tmiem tar-​Renju taʼ Elf Sena taʼ Kristu, meta Ġesù, bl-​umiltà u l-​lealtà, jgħaddi s-​Saltna lura lil Alla u Missier tiegħu. (Apokalissi 20:4) L-​iskop t’Alla “li kollox jinġabar taħt Ras waħda, li hu Kristu” jkun ġie mwettaq. (Efesin 1:9, 10) L-​ewwel, iżda, Kristu jkun qered “kull ħakma u kull setgħa u kull qawwa” li jopponu r-​rieda Sovrana t’Alla. Dan jinvolvi iktar minn xi qerda li tiġi mwettqa f’Armageddon. (Apokalissi 16:16; 19:11-21) Pawlu jgħid: “Jeħtieġ li hu [Kristu] jsaltan ‘sa ma [Alla] jqiegħed l-​għedewwa kollha taħt riġlejh’. L-​aħħar għadu li jinqered tkun il-​Mewt.” (1 Korintin 15:25, 26) Iva, kull traċċa tad-​dnub u l-​mewt minħabba Adam tkun ġiet imneħħija. Dan ifisser, allura, li Alla jkun battal “l-​oqbra” billi jkun ġab lill-​mejtin lura għall-​ħajja.—Ġwann 5:28.

  • ‘Il-Mewt Se Tiġi Meqruda’
    It-Torri tal-Għassa—1998 | Lulju 1
    • 15. X’ifisser li wħud irxoxtati se jsir “ħaqq minnhom fuq l-​għemejjel tagħhom, skond ma kienu mniżżla fil-​kotba”?

      15 Dawk li jerġgħu jiġu kif se jsir “ħaqq minnhom fuq l-​għemejjel tagħhom, skond ma kienu mniżżla fil-​kotba”? Dawn il-​kotba m’humiex ir-​rekord taʼ l-​għemejjel tagħhom tal-​passat; ladarba mietu, huma ġew meħlusin mid-​dnubiet li għamlu matul ħajjithom. (Rumani 6:7, 23) Madankollu, dawk il-​bnedmin li jirxoxtaw ikunu għadhom taħt id-​dnub taʼ Adam. Allura, bilfors li dawn il-​kotba se jkun fihom istruzzjonijiet divini li kulħadd irid isegwihom sabiex jibbenefika bis-​sħiħ mis-​sagrifiċċju taʼ Ġesù Kristu. Hekk kif tiġi eliminata l-​aħħar traċċa tad-​dnub taʼ Adam, ‘il-​mewt tinqered’ fil-​veru sens tal-​kelma. Sat-​tmiem taʼ l-​elf sena, Alla se “jkun kollox f’kollox.” (1 Korintin 15:28) Il-​bniedem mhux se jkollu bżonn iktar l-​intervent taʼ Qassis il-​Kbir jew Feddej. L-​umanità kollha se tiġi rrestawrata għall-​istat perfett li kien igawdi Adam oriġinalment.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja