LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Kif Nibqgħu Separati mid-Dinja
    “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
    • 3. (a) Ġesù kif kien iqis il-politika taʼ żmienu? (b) Għala jistaʼ jingħad li s-segwaċi midlukin taʼ Ġesù jaqdu bħala ambaxxaturi? (Inkludi n-nota taʼ taħt.)

      3 Minflok ma ħa sehem fil-politika taʼ żmienu, Ġesù ffoka fuq li jippriedka dwar is-Saltna t’Alla, il-gvern futur tas-sema li tiegħu hu kien is-Sultan prospettiv. (Danjel 7:13, 14; Luqa 4:43; 17:20, 21) B’hekk, meta kien quddiem il-Gvernatur Ruman Ponzju Pilatu, Ġesù setaʼ jgħid: “Is-saltna tiegħi mhix parti minn din id-dinja.” (Ġwanni 18:36) Is-segwaċi leali tiegħu jimitaw l-eżempju tiegħu billi jagħtu l-lealtà tagħhom lil Kristu u lis-Saltna tiegħu u billi jħabbru din is-Saltna lid-dinja. (Mattew 24:14) “Għalhekk, aħna ambaxxaturi li jissostitwixxu lil Kristu,” kiteb l-appostlu Pawlu. “Bħala sostituti għal Kristu nitolbu bil-ħniena: ‘Erġgħu tħabbu m’Alla.’”a—2 Korintin 5:20.

      4. Il-Kristjani veri kollha kif urew lealtà lejn is-Saltna t’Alla? (Ara l-kaxxa f’paġna 52.)

      4 Minħabba li l-ambaxxaturi jirrappreżentaw sovran jew pajjiż barrani, ma jindaħlux fl-affarijiet interni tal-pajjiżi li jaqdu fihom; huma jibqgħu newtrali. Madankollu, l-ambaxxaturi jappoġġaw il-gvern tal-pajjiż li huma jirrappreżentaw. L-istess huwa minnu dwar is-segwaċi midlukin taʼ Kristu, li ‘għandhom iċ-ċittadinanza tagħhom fis-smewwiet.’ (Filippin 3:20) Fil-fatt, grazzi għall-ippridkar żeluż tagħhom tas-Saltna, huma għenu lil miljuni taʼ “nagħaġ oħrajn” taʼ Kristu biex ‘jerġgħu jitħabbu m’Alla.’ (Ġwanni 10:16; Mattew 25:31-40) Dawn l-uħud taʼ l-aħħar jaqdu bħala l-mibgħutin taʼ Kristu, biex ngħidu hekk, billi jappoġġaw lil ħut Ġesù, il-midlukin. Bħala merħla waħda magħquda jappoġġaw is-Saltna Messjanika, biż-żewġ gruppi jżommu newtralità stretta fejn jidħlu l-affarijiet politiċi tad-dinja.—Isaija 2:2-4.

  • Kif Nibqgħu Separati mid-Dinja
    “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
    • a Minn Pentekoste tas-sena 33 E.K. ’l hawn, Kristu qeda bħala Sultan fuq il-kongregazzjoni tiegħu taʼ segwaċi midlukin fuq l-art. (Kolossin 1:13) Fl-​1914, Kristu rċieva awtorità bħala Sultan fuq “is-saltna tad-dinja.” Għalhekk, il-Kristjani midlukin ukoll issa jaqdu bħala ambaxxaturi tas-Saltna Messjanika.—Rivelazzjoni 11:15.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja