LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Imita l-Ħniena taʼ Jehovah
    It-Torri tal-Għassa—1998 | Ottubru 1
    • 17. (a) Liema sitwazzjoni żviluppat f’Korintu fl-​ewwel seklu, u Pawlu x’parir ta lil dawk fil-​kongregazzjoni fuq kif jittrattaw il-​kwistjoni? (b) It-​twissija taʼ Pawlu għala kienet prattika, u kif nistgħu napplikawha llum? (Ara wkoll il-​kaxxa fuq il-​lemin.)

      17 Biex jgħinna neżaminaw lilna nfusna f’dan ir-​rigward, ikkunsidra x’ġara għall-​ħabta tas-​sena 55 E.K. f’Korintu. Hemmhekk, raġel li kien tkeċċa mill-​kongregazzjoni fl-​aħħar irranġa ħajtu. L-​aħwa x’kellhom jagħmlu? Kellhom huma jiddubitaw mill-​indiema tiegħu u jkomplu jevitawh? Għall-​kuntrarju, Pawlu ħeġġeġ lill-​Korintin: “Mela issa intom għandkom tħennu għalih u tfarrġuh, li ma jmurx jaqtaʼ jiesu taħt it-​toqol tan-​niket. Għalhekk nitlobkom turuh imħabbitkom għalih.” (2 Korintin 2:7, 8) Taʼ spiss, dawk li jiżbaljaw u juru ndiema jkunu suxxettibb­li partikolarment għal sentimenti taʼ diżunur u disperazzjoni. Għaldaqstant, dawn ikunu jeħtieġu li jkollhom l-​assiguranza li kemm sħabhom fit-​twemmin u kemm Jehovah jħobbuhom. (Ġeremija 31:3; Rumani 1:12) Dan huwa vitali. Għala?

  • Imita l-Ħniena taʼ Jehovah
    It-Torri tal-Għassa—1998 | Ottubru 1
    • 19 Jekk issa jmorru fl-​estrem l-​ieħor u jirrifjutaw li jaħfru lil dak li jkun nidem, Satana jkun qed jegħlibhom b’mod ieħor. Kif? Billi hu setaʼ japprofitta ruħu mill-​fatt li huma jkunu qed ikunu ħorox u bla ħniena. Jekk xi midneb li jkun nidem “jaqtaʼ jiesu taħt it-​toqol tan-​niket”​—jew bħalma tgħid il-​Bibbja taʼ Karm Żammit ‘jinbalaʼ bil-​kobor żejjed tan-​niket tiegħu’—​ara l-​anzjani x’responsabbiltà kbira jkollhom quddiem Jehovah! (Qabbel Eżekjel 34:6; Ġakbu 3:1.) Kellu raġun Ġesù, wara li wissa lis-​segwaċi tiegħu kontra li jfixklu “lil wieħed minn dawn iċ-​ċkejknin,” jgħid: “Oqogħdu attenti! Jekk ħuk jaqaʼ f’xi dnub, widdbu, u jekk jindem aħfirlu.”a (Korsiv tagħna.)—Luqa 17:1-4.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja