LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ‘Komplu Aħfru lil Xulxin Liberament’
    It-Torri tal-Għassa—1997 | Diċembru 1
    • 5. Liema raġuni importanti biex naħfru lil oħrajn hija indikata f’Efesin 5:1?

      5 Raġuni importanti biex naħfru lil oħrajn hija indikata f’Efesin 5:1: “Kunu, mela, tixbhu lil Alla, bħala wlied maħbuba.” F’liema sens għandna ‘nixbhu lil Alla’? Il-​kelma ‘mela’ torbot l-​espressjoni mal-​vers taʼ qabel, li jgħid: “Kunu twajba maʼ xulxin, ħennu għal xulxin, aħfru lil xulxin [“liberament,” “NW”], bħalma Alla ħafer lilkom [“liberament,” “NW”] fi Kristu.” (Korsiv tagħna.) (Efesin 4:32) Iva, meta niġu biex naħfru, għandna nsiru imitaturi t’Alla. Bħalma tifel żgħir jipprova jkun preċiż bħal missieru, aħna, bħala wlied li Jehovah tant iħobb, għandna nkunu rridu nsiru bħal Missierna tas-​sema li dejjem jaħfer. Min jaf kemm titgħaxxaq qalb Jehovah meta jittawwal ’l isfel mis-​smewwiet u jara lil uliedu fuq l-​art qegħdin jipprovaw jixbhuh billi jaħfru lil xulxin!​—Luqa 6:35, 36; qabbel Mattew 5:44-48.

      6. B’liema mod hemm differenza enormi bejn il-​maħfra taʼ Jehovah u dik tagħna?

      6 Veru, aħna qatt ma nistgħu naħfru f’sens perfett bħalma jaħfer Jehovah. Imma din hija raġuni iktar soda għala għandna naħfru lil xulxin. Ikkunsidra dan: Hemm differenza enormi bejn il-​maħfra taʼ Jehovah u dik tagħna. (Isaija 55:7-9) Meta naħfru lil dawk li jkunu dinbu kontrina, taʼ spiss dan nagħmluh għax nafu li llum jew għada se jkollna bżonn li huma jagħmlu l-​istess magħna u jaħfrulna. Fil-​każ tagħna l-​bnedmin, hija dejjem kwistjoni taʼ li midinbin jaħfru lil midinbin. Fil-​każ taʼ Jehovah, madankollu, il-​maħfra tiġi dejjem min-​naħa waħda. Hu jaħfrilna, imma aħna qatt ma se jkollna għalfejn naħfrulu. Jekk Jehovah, li ma jidnibx, jistaʼ jaħfrilna b’tant imħabba u kompletament, m’għandniex aħna bnedmin midinbin nipprovaw naħfru lil xulxin?—Mattew 6:12.

  • ‘Komplu Aħfru lil Xulxin Liberament’
    It-Torri tal-Għassa—1997 | Diċembru 1
    • 11. Meta oħrajn jidinbu kontrina, x’jistaʼ jgħinna naħfrulhom?

      11 Madankollu, xi ngħidu jekk oħrajn jidinbu kontrina, u jikkaġunawlna ferita mhux ħażin? Jekk id-​dnub m’huwiex daqshekk serju, jistaʼ ma jkunx diffiċli ħafna li napplikaw il-​parir tal-​Bibbja biex ‘naħfru lil xulxin [“liberament,” NW].’ (Efesin 4:32) Li nkunu lesti li naħfru b’dan il-​mod huwa f’armonija mal-​kliem imnebbaħ taʼ Pietru: “Fuq kollox, ħa jkollkom imħabba sħiħa lejn xu[lx]in, għax l-​imħabba tgħatti kotra taʼ dnubiet.” (1 Pietru 4:8) Li nżommu f’moħħna li aħna wkoll midinbin se jgħinna biex ma nagħmluhiex bi kbira meta oħrajn jonqsuna. Meta naħfru b’dan il-​mod, inkunu qegħdin neħilsu mir-​risentiment minflok ma nħalluh jitrabba ġo fina. Bħala riżultat, ir-​relazzjoni tagħna maʼ dak li offendiena għandha mnejn ma ġġarrabx ħsara dejjiema, u aħna nkunu wkoll qegħdin ngħinu biex nippreservaw il-​paċi prezzjuża tal-​kongregazzjoni. (Rumani 14:19) Maż-​żmien, jistaʼ jkun li ma tibqax tiftakar dak li jkun għamel.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja