LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Kif Nistgħu Nibqgħu ‘Nistennew b’Attitudni Xierqa’?
    It-Torri tal-Għassa—2013 | Novembru 15
    • 9-11. L-​1 Tessalonikin 5:3 twettaq? Spjega.

      9 Aqra l-​1 Tessalonikin 5:1-​3. Fil-​futur qarib, il-​ġnus se jgħidu “Paċi u sigurtà!” Jekk ma rridux ninqabdu fuq sieq waħda minn din l-​istqarrija, jeħtieġ li “nibqgħu mqajmin u f’sensina.” (1 Tess. 5:6) Sabiex niġu megħjunin nibqgħu mqajmin spiritwalment, ejja nirrivedu fil-​qosor ġrajjiet li wittew it-​triq għal din l-​istqarrija importanti.

      10 Wara kull waħda miż-​żewġ gwerer dinjin, il-​ġnus tassew xtaqu l-​paċi. Wara l-​Ewwel Gwerra Dinjija ġiet ifformata l-​Lega tan-​Nazzjonijiet bit-​tama li din iġġib il-​paċi. Maż-​żmien, wara t-​Tieni Gwerra Dinjija, il-​Ġnus Magħquda saret tama popolari għall-​paċi fuq l-​art. Il-​gvernijiet u l-​mexxejja reliġjużi ttamaw f’dawn iż-​żewġ organizzazzjonijiet. Pereżempju, il-​Ġnus Magħquda ddikjarat li s-​sena 1986 kienet Sena Internazzjonali taʼ Paċi. Dik is-​sena, mexxejja minn ħafna ġnus u reliġjonijiet ingħaqdu mal-​kap tal-​Knisja Kattolika f’Assisi, l-​Italja, biex joffru talb għall-​paċi.

      11 Iżda, la din l-​istqarrija taʼ paċi u sigurtà u lanqas oħrajn bħalha ma kienu t-​twettiq tal-​profezija miktuba fl-​1 Tessalonikin 5:3. Għala le? Għax il-​“qerda f’daqqa” mbassra għadha ma seħħitx.

      12. X’nafu dwar l-​istqarrija taʼ “Paċi u sigurtà”?

      12 Min se jagħmel din l-​istqarrija sinifikanti taʼ “Paċi u sigurtà” fil-​futur? Liema rwol se jkollhom il-​mexxejja tal-​Kristjaneżmu u taʼ reliġjonijiet oħra? Il-​mexxejja taʼ diversi gvernijiet kif se jkunu involuti f’din l-​istqarrija? L-​Iskrittura ma tgħidilniex. Imma dak li nafu hu li tingħad kif tingħad din l-​istqarrija u tinstemaʼ kemm tinstemaʼ konvinċenti, mhux se tkun “paċi u sigurtà” taʼ veru. Din is-​sistema qadima se tibqaʼ kontrollata minn Satana. Hi mħassra minn rasha sa saqajha u hekk se tibqaʼ. Kemm ikun taʼ niket li kieku xi ħadd minna kellu jemmen il-​propaganda satanika u ma jibqax iżomm in-​newtralità Kristjana tiegħu!

  • Kif Nistgħu Nibqgħu ‘Nistennew b’Attitudni Xierqa’?
    It-Torri tal-Għassa—2013 | Novembru 15
    • 14. X’jindika li qorob it-​tmiem taʼ Babilonja l-​Kbira?

      14 Babilonja l-​Kbira, l-​imperu dinji tar-​reliġjon falza, se tinqered eżatt kif ħaqqha. “Popli u folol u ġnus u ilsna” mhux se jkunu kapaċi jgħinuha. Diġà naraw evidenza li tmiemha qorob. (Riv. 16:12; 17:15-​18; 18:7, 8, 21) Infatti, fil-​mezzi tax-​xandir diġà qed naraw nuqqas t’appoġġ għax, kulma jmur, ir-​reliġjon u l-​mexxejja reliġjużi qed jiġu kritikati iktar. Minkejja dan, il-​mexxejja taʼ Babilonja l-​Kbira ma jħossuhomx f’periklu. Kemm sejrin żmerċ! Wara l-​istqarrija taʼ “Paċi u sigurtà!” il-​gvernijiet ħabta u sabta se jattakkaw lir-​reliġjon falza u jeqirduha għalkollox. Babilonja l-​Kbira se tinqered darba għal dejjem! Żgur li hu taʼ min jistenna għal ġrajjiet sinifikanti bħal dawn.—Riv. 18:8, 10.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja