LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Kif Jistgħu Jgħinuk il-Laqgħat tax-Xhieda ta’ Ġeħova?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • Lezzjoni 10. Raġel qed jara skrittura mill-Bibbja ta’ Xhud waqt laqgħa tax-Xhieda ta’ Ġeħova.

      LEZZJONI 10

      Kif Jistgħu Jgħinuk il-​Laqgħat tax-​Xhieda ta’ Ġeħova?

      Ġieli stidnuk biex tmur għal xi laqgħa tax-​Xhieda ta’ Ġeħova? Jekk qatt ma mort, forsi ma tħossokx komdu tattendi għall-​ewwel darba. Forsi taħseb: ‘X’jagħmlu waqt il-​laqgħa? Għala huma importanti? Għala għandi mmur?’ F’din il-​lezzjoni, se titgħallem kif dawn il-​laqgħat m’oħrajn se jgħinuk b’mod persunali u tersaq eqreb t’Alla.

      1. Ix-​Xhieda ta’ Ġeħova għala jiltaqgħu flimkien?

      Wieħed mill-​kittieba tal-​Bibbja ta raġuni importanti ħafna għala għandna niltaqgħu flimkien. Hu kiteb: ‘F’nofs il-​kongregazzjoni se nfaħħrek Ġeħova.’ (Salm 22:22) Bl-​istess mod, ix-​Xhieda ta’ Ġeħova jieħdu pjaċir jiltaqgħu flimkien. Madwar id-​dinja, huma jiltaqgħu flimkien matul il-​ġimgħa biex ifaħħru lil Alla, ikantaw, u jitolbu. Matul is-​sena huma jiltaqgħu wkoll fi gruppi ikbar biex jitgħallmu dwar Ġeħova u jsaħħu l-​fidi tagħhom.

      2. X’se titgħallem f’dawn il-​laqgħat?

      Fil-​laqgħat nitgħallmu mill-​Kelma t’Alla, fejn ‘din tiġi spjegata sew, u mfissra.’ (Aqra Neħemija 8:8.) Fil-​laqgħat, se titgħallem dwar Ġeħova u l-​kwalitajiet sbieħ tiegħu. Iżjed ma ssir taf kemm iħobbok, iżjed se ssir ħabib tiegħu. Se titgħallem ukoll kif hu jgħinek biex ikollok ħajja sabiħa.​—Isaija 48:​17, 18.

      3. Kif se jgħinuk in-​nies li se tiltaqa’ magħhom fil-​laqgħat?

      Ġeħova jridna “nagħtu kas xulxin biex nitqanqlu għall-​imħabba u l-​għemejjel tajbin, u ma nabbandunawx il-​laqgħat tagħna flimkien.” (Ebrej 10:​24, 25) Fil-​laqgħat tagħna se tiltaqa’ ma’ nies li vera jħobbu lil xulxin. Bħalek, huma jridu jitgħallmu iżjed dwar Alla. Ukoll, se jaqsmu ħsibijiet mill-​Bibbja miegħek. (Aqra Rumani 1:​11, 12.) Tista’ titkellem ma’ nies li qed jirnexxilhom ikampaw mal-​problemi tagħhom. Dawn huma xi raġunijiet għala Ġeħova jridna niltaqgħu flimkien b’mod regolari.

      TGĦALLEM IŻJED

      Sir af x’jiġri fil-​laqgħat tax-​Xhieda ta’ Ġeħova u għala hu worth it li tagħmel sforz biex tmur.

      4. Il-​laqgħat tax-​Xhieda ta’ Ġeħova

      Il-​Kristjani tal-​bidu kienu jiltaqgħu b’mod regolari biex jitgħallmu dwar Ġeħova. (Rumani 16:​3-​5) Aqra Kolossin 3:​16, u mbagħad iddiskuti:

      • Il-​Kristjani tal-​bidu kif kienu jitgħallmu dwar Ġeħova?

      Illum, ix-​Xhieda ta’ Ġeħova wkoll jiltaqgħu flimkien b’mod regolari. Biex tara kif isiru dawn il-​laqgħat, ara l-​VIDJOW. Imbagħad ara l-​istampa ta’ laqgħa ta’ kongregazzjoni u ddiskuti l-​mistoqsijiet.

      VIDJOW: X’jiġri f’Sala tas-​Saltna? (2:​12)

      • Liema affarijiet simili rajt bejn il-​vidjow u dak li qrajt f’​Kolossin 3:16?

      • Fil-​vidjow jew fl-​istampa, hemm xi ħaġa oħra li għoġbitek?

      Aqra t-​2 Korintin 9:​7, u mbagħad iddiskuti:

      • Għala m’hemmx għalfejn tħallas biex tidħol f’laqgħa tax-​Xhieda ta’ Ġeħova?

      Ara fuq xiex se tkun il-​laqgħa li jmiss ma’ min qed tistudja.

      • Liema parti tal-​laqgħa tinteressak l-​iżjed jew taħseb li se tgħinek l-​iżjed?

      Kont taf?

      Fuq jw.org tista’ tara fejn u fi x’ħin isiru l-​laqgħat madwar id-​dinja kollha.

      Grupp ta’ Stampi: Stampi ta’ kif tidher Sala tas-Saltna qabel, waqt, u wara laqgħa. L-istampi jiġu rripetuti u spjegati minn A sa D. A. Raġel Xhud ta’ Ġeħova fuq platform jagħti taħdita bbażata minn fuq il-Bibbja waqt laqgħa. B. Mara Xhud ta’ Ġeħova li qiegħda bilqiegħda fl-udjenza tagħmel kumment waqt laqgħa. Ċ. Raġel Xhud ta’ Ġeħova jitkellem ma’ familja wara laqgħa. D. Raġel Xhud ta’ Ġeħova jiftaħ il-bieb lil raġel imdaħħal fiż-żmien li dieħel għal-laqgħa.
      1. Il-​laqgħat tagħna jkun fihom taħditiet, vidjows, u niġu ttrennjati kif nippritkaw u ngħallmu. Il-​laqgħat jibdew u jispiċċaw billi nkantaw u ngħidu talba

      2. F’ċerti partijiet tal-​laqgħa n-​nies jiġu mistiedna biex jikkummentaw

      3. Kulħadd jista’ jiġi​—familji, irġiel, nisa, żgħażagħ u dawk kbar fl-​età

      4. Il-​laqgħat tagħna huma b’xejn. Jekk tmur għal-​laqgħat, ix-​Xhieda ta’ Ġeħova mhux se jiċċarġjawk flus biex tidħol u lanqas mhu se jitolbuk flus waqt il-​laqgħa

      5. Hemm bżonn sforz biex tmur il-​laqgħat

      Aħseb fuq l-​eżempju tal-​familja ta’ Ġesù. Biex imorru laqgħa speċjali li kienet issir kull sena, huma kellhom jimxu madwar tlett ijiem. Din it-​triq kienet minn Nazaret għal Ġerusalemm u kien fiha ħafna muntanji. Aqra Luqa 2:​39-​42, u mbagħad iddiskuti:

      • Taħseb li kien hemm bżonn sforz biex imorru Ġerusalemm?

      • Għala jaf ikollok tagħmel sforz biex tattendi l-​laqgħat?

      • Taħseb li hu worth it li tagħmel dan l-​isforz? Għala taħseb hekk?

      Grupp ta’ Stampi: Ġużeppi, Marija, Ġesù, u wieħed minn ħutu jippreparaw għal vjaġġ. 1. Ġużeppi jgħabbi l-affarijiet fuq ħmar u Marija tipprepara l-ikel. 2. Mappa turi l-vjaġġ minn Nazaret għal Ġerusalemm.

      Il-​Bibbja tgħid li hu importanti ħafna li niltaqgħu flimkien biex nitgħallmu dwar Ġeħova. Aqra Ebrej 10:​24, 25, u mbagħad iddiskuti:

      • Għala għandna mmorru l-​laqgħat b’mod regolari?

      ĦAFNA JGĦIDU: “M’għandekx għalfejn tiltaqa’ m’oħrajn biex titgħallem dwar Alla.”

      • Liema skrittura jew eżempju mill-​Bibbja jurina x’jixtieq Ġeħova?

      XI DDISKUTEJNA?

      Meta tmur il-​laqgħat se titgħallem iżjed dwar Ġeħova, issir iżjed ħabib tiegħu, u taqdih m’oħrajn.

      X’Tgħallimt

      • Ġeħova għala jixtieq li aħna niltaqgħu flimkien?

      • X’se titgħallem fil-​laqgħat tax-​Xhieda ta’ Ġeħova?

      • Taħseb li l-​laqgħat jistgħu jgħinuk b’modi oħra?

      Ipprova Dan

      ARA IŻJED

      Forsi qed tibża’ tmur il-​laqgħat. Ara kif raġel li kien iħossu bħalek issa jħobb imur il-​laqgħat.

      Qatt mhu se ninsew kif laqgħuna (4:​16)

      Ara kif żagħżugħ ħa gost imur il-​laqgħat u xi sforzi għamel biex ikompli jmur.

      Il-​Laqgħat Missewli Qalbi! (4:​33)

      Ara kif oħrajn iħossuhom dwar il-​laqgħat.

      “Għala jkun tajjeb li tmur għal-​laqgħat fis-​Sala tas-​Saltna?” (Artiklu fuq jw.org)

      Ara kif raġel li kien f’gang vjolenti nbidlitlu ħajtu wara li mar laqgħa tax-​Xhieda ta’ Ġeħova.

      “Qatt ma mort imkien mingħajr ir-​rivolver” (It-​Torri tal-​Għassa, 1 taʼ Lulju 2014)

  • Is-Saltna t’Alla Qiegħda Tmexxi!
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
    • 5. Id-​dinja nbidlet mill-​1914 ’l hawn

      Ara l-​VIDJOW.

      VIDJOW: Id-​Dinja Nbidlet mill-​1914 (1:​10)

      Ġesù qal minn qabel kif se tkun id-​dinja wara li jsir Sultan. Aqra Luqa 21:​9-​11, u mbagħad iddiskuti:

      • Liema minn dawn l-​affarijiet rajt jew smajt bihom?

      L-​appostlu Pawlu ddeskriva kif se jkunu n-​nies fl-​aħħar jiem. Aqra t-​2 Timotju 3:​1-​5, u mbagħad iddiskuti:

      • Liema minn dawn l-​attitudnijiet qed tara?

      Grupp taʼ Stampi: Stampi juru kif se jkunu d-​dinja u n-​nies fl-​aħħar jiem. 1. Mexxej militari jgħajjat b’idejh mgħollijin. 2. Bini mwaqqaʼ wara terremot. 3. Ajruplani tal-​gwerra. 4. Nies qed jimxu fit-​triq lebsin maskla. 5. It-​Twin Towers f’New York qed jinħarqu wara attakk terroristiku. 6. Raġel jieħu d-​drogi. 7. Raġel jgħajjat mal-​mara tiegħu waqt li jgħolli jdejh bil-​ponn. 8. Ħafna drogi u xorb. 9. Żewġ nisa lebsin ilbies tal-​moda qed jieħdu selfie. 10. DJ qed idoqq f’concert quddiem ħafna nies. 11. Raġel qed jipprotesta u jwaddab flixkun imqabbad bin-​nar.

      6. Uri li temmen li s-​Saltna t’Alla qed tmexxi

      Aqra Mattew 24:​3, 14, u mbagħad iddiskuti:

      • Liema xogħol importanti juri li s-​Saltna t’Alla qed tmexxi?

      • Int kif tistaʼ tieħu sehem f’dan ix-​xogħol?

      Is-​Saltna t’Alla qed tmexxi fis-​sema u dalwaqt se tibda tmexxi fuq l-​art kollha. Aqra Ebrej 10:​24, 25, u mbagħad iddiskuti:

      • Iktar ma nersqu qrib taʼ dik il-​ġurnata, xi rridu nagħmlu?

      Grupp taʼ Stampi: 1. Mara li qed tistudja l-​Bibbja tmur laqgħa tax-​Xhieda taʼ Ġeħova. 2. L-​istess mara tipprietka lil xi ħadd li taf.

      Jekk tkun taf b’xi ħaġa li se tgħin lil oħrajn u ssalvahom, int x’se tagħmel?

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja