-
Min Hu Alla?Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
-
-
2. Il-Bibbja x’tgħidilna dwar Ġeħova?
Il-Bibbja għala tgħid li mill-allat kollha li jqimu n-nies, Ġeħova hu l-uniku Alla veru? Hemm ħafna raġunijiet. Ġeħova biss hu “l-Iktar Għoli fuq l-art kollha.” (Aqra Salm 83:18.) Hu “Dak li Jista’ Kollox,” għax għandu l-qawwa biex jagħmel kollox. Hu ‘ħalaq l-affarijiet kollha’ li hemm fl-univers u kull ħaġa ħajja fuq l-art. (Rivelazzjoni 4:8, 11) Ġeħova biss kien minn dejjem u se jibqa’ jeżisti għal dejjem.—Salm 90:2.
-
-
Kif Nistgħu Naqdu lil Alla b’Mod li Jogħġob Lilu?Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
-
-
Aħna għandna naqdu lil Ġeħova biss, għax hu ħalaqna. (Rivelazzjoni 4:11) Dan ifisser li m’għandniex nużaw statwi jew affarijiet oħra biex naqduh. Minflok, għandna nħobbu u naqdu lilu biss.—Aqra Isaija 42:8.
Aħna rridu naqdu lil Ġeħova b’mod li hu ‘qaddis u aċċettabbli’ għalih. Il-kelma qaddis tfisser nadif. (Rumani 12:1) Għalhekk, għandna nobdu l-liġijiet tiegħu. Pereżempju, dawk li jħobbu lil Ġeħova japprezzaw u jobdu dak li jgħid dwar iż-żwieġ. U jevitaw vizzji ħżiena bħat-tipjip, droga jew alkoħol.a
-