It-Tnejn, 27 t’April
L-għerf se jsalvalu ħajtu.—Ekk. 7:12.
Ġesù ta eżempju dwar raġel li kien sinjur f’affarijiet materjali imma ma kienx “sinjur f’affarijiet li huma importanti għal Alla.” (Lq. 12:16-21) Ħadd minna ma jaf x’se jiġri għada. (Prov. 23:4, 5; Ġak. 4:13-15) Ukoll, Ġesù qal li dawk kollha li jridu jsiru dixxipli tiegħu jridu jkunu lesti li jitilqu dak kollu li għandhom. (Lq. 14:33) Il-Kristjani tal-bidu fil-Lhudija hekk kellhom jagħmlu, imma għamlu dan bil-ferħ. (Lhud 10:34) Fi żmienna, ħafna aħwa għax ma vvotawx fl-elezzjonijiet tilfu x-xogħol. (Riv. 13:16, 17) X’għen lid-dixxipli taʼ Ġesù jafdaw f’Ġeħova? Huma konvinti mill-wegħda: “Żgur ma nitilqekx u żgur ma nabbandunakx.” (Lhud 13:5) Mela ma jkunx ħażin li nfaddlu xi ħaġa għall-futur, imma jekk jiġri xi ħaġa li ma nkunx qed nistennew irridu nkunu konvinti li Ġeħova se jieħu ħsiebna. w25.03 29-30 ¶13-14
It-Tlieta, 28 t’April
“Issa li diġà tgħallimna t-tagħlim bażiku dwar il-Kristu, ejja nimmaturaw u ma nkunux kuntenti biss li nerġgħu nagħmlu l-pedament.”—Lhud 6:1.
Ġeħova jaf li aħna ma nistgħux insiru Kristjani maturi waħedna. Allura tana l-anzjani biex jieħdu ħsiebna u jgħallmuna nimitaw lil Ġesù. B’hekk inkunu nistgħu nkomplu nikbru spiritwalment u nsiru Kristjani maturi. (Efes. 4:11-13) Itina wkoll l-ispirtu tiegħu biex jgħinna ħalli jkollna “l-moħħ taʼ Kristu.” (1 Kor. 2:14-16) Apparti minn hekk, Ġeħova tana l-evanġelji biex nitgħallmu kif kien jaħseb Ġesù, x’qal, u x’għamel meta kien fuq l-art. Jekk nimitaw il-mod kif Ġesù kien jaħseb u jagħmel l-affarijiet, aħna nistgħu nsiru Kristjani maturi. Imma biex insiru Kristjani maturi, hemm bżonn li nitgħallmu iktar mit-tagħlim bażiku dwar Kristu Ġesù. w24.04 4-5 ¶11-12
L-Erbgħa, 29 t’April
“Il-fatt li kapaċi taħseb se jgħinek, u li tifhem x’inhu tajjeb u ħażin se jipproteġik.”—Prov. 2:11.
Aħna kuljum nieħdu deċiżjonijiet. Xi wħud minnhom huma faċli, bħal x’se nieklu filgħodu jew x’ħin se norqdu. Però, hemm deċiżjonijiet oħra li huma iktar diffiċli. Dawn jaf jaffettwaw is-saħħa u l-ferħ tagħna, in-nies li nħobbu, u anki kif naqdu lil Ġeħova. Aħna nixtiequ li d-deċiżjonijiet tagħna jkunu taʼ ġid għalina u għall-familja tagħna, u fuq kollox aħna nixtiequ li d-deċiżjonijiet tagħna jferrħu lil Ġeħova. (Rum. 12:1, 2) Pass importanti biex tieħu deċiżjoni tajba hu li jkollok il-fatti. Dan għala huwa importanti? Immaġina li xi ħadd imur għand tabib għax għandu problema serja taʼ saħħa. Se jaqbad it-tabib jiddeċiedi x’mediċina se jagħtih mingħajr ma l-ewwel jara x’għandu u jsaqsih xi mistoqsijiet? Żgur li le. L-istess int, se tieħu deċiżjoni tajba jekk l-ewwel taħseb dwar il-fatti. w25.01 14 ¶1-3