Malakija
4 “Ġej il-jum li jaħraq bħall-forn meta l-prużuntużi kollha u dawk kollha li jagħmlu l-ħażen ħa jsiru bħat-tiben. Il-jum li ġej żgur li se jaħraqhom u se jeqridhom għalkollox,”* jgħid Ġeħova tal-armati. 2 “Imma fuqkom, li tonoraw lil* ismi, se tiddi x-xemx li ġġib il-ġustizzja u li r-raġġi tagħha jfejqukom; u intom se taqbżu bħal barrin żgħar* mitmugħin sew.”
3 “Dakinhar li naġixxi, intom se tgħaffġu l-ħżiena taħt saqajkom, għax se jkunu bħal trab taħt qiegħ saqajkom,” jgħid Ġeħova tal-armati.
4 “Ftakru fil-Liġi li tajt lill-qaddej tiegħi Mosè f’Ħoreb, li hi r-regoli u d-deċiżjonijiet ġudizzjali li jien ikkmandajt lill-Iżraelin kollha biex jobdu.
5 “Qabel ma jasal il-jum il-kbir u tal-għaġeb taʼ Ġeħova, jien se nibagħtilkom il-profeta Elija. 6 Hu se jagħmel qalb il-missirijiet bħal tat-tfal u qalb it-tfal bħal tal-missirijiet, ħalli jien ma niġix u nagħmel ħsara l-art billi neqridha.”
(Tispiċċa t-traduzzjoni tal-Iskrittura Ebrajka u Aramajka. Warajha hemm it-traduzzjoni tal-Iskrittura Griega Kristjana)