Għamos
3 “Isimgħu dak li Ġeħova qal dwarkom, poplu t’Iżrael, dwar it-tribujiet kollha li ħareġ mill-art tal-Eġittu:
Hu għalhekk li se nitlob kont minnkom għall-iżbalji kollha tagħkom.
3 Jekk tnejn ma jiftehmux biex jiltaqgħu, se jmorru jimxu flimkien?
4 Se jgħajjat iljun fil-foresta jekk ma jkunx qabad annimal ieħor?
Se jgħajjat iljun b’saħħtu minn fejn ikun jekk ma jkun qabad xejn?
5 Jistaʼ għasfur jinqabad fin-nassa jekk ma jkunx hemm xbiek għalih?*
Jistaʼ l-mansab jitlaʼ mill-art jekk ma jkun inqabad xejn fih?
6 Jekk jindaqq qarn f’belt, ma jitregħdux in-nies bil-biżaʼ?
Jekk ikun hemm diżastru fil-belt, mhux għax ikun aġixxa Ġeħova?
7 Għax Ġeħova s-Sid taʼ Kollox* ma jagħmel xejn
Jekk ma jkunx qal l-iskop* tiegħu lill-qaddejja tiegħu l-profeti.
8 Iljun għajjat! Min mhux se jibżaʼ?
Ġeħova s-Sid taʼ Kollox ikkmanda! Min mhux se jipprofetizza?’
9 ‘Xandru dan fuq it-torrijiet iffortifikati t’Asdod
U fuq it-torrijiet iffortifikati tal-art tal-Eġittu.
Għidu: “Inġabru flimkien kontra l-muntanji tas-Samarija;
Araw il-konfużjoni u l-qerq li qed isiru fiha.”
10 Ġeħova jgħid: “Dawk li qed jiġbru l-ġid fit-torrijiet iffortifikati tagħhom
Billi jagħmlu l-vjolenza u jeqirdu, ma jafux jagħmlu dak li hu tajjeb.”’
11 Għalhekk, hekk jgħid Ġeħova s-Sid taʼ Kollox,
‘Ġej għadu li se jdawwar il-pajjiż,
Se jneħħilek saħħtek,
U jisraq l-affarijiet kollha li għandek fit-torrijiet iffortifikati tiegħek.’
12 Hekk jgħid Ġeħova,
‘Bħalma ragħaj jirnexxilu jeħles biss żewġ saqajn jew biċċa widna minn ħalq taʼ ljun,
Ftit biss mill-poplu t’Iżrael se jsalvaw,
Minn dawk li qegħdin fis-Samarija fuq sodod mill-isbaħ u sufanijiet lussużi.’*
13 ‘Isimgħu u wissu lid-dar* taʼ Ġakobb,’ jgħid Ġeħova s-Sid taʼ Kollox, l-Alla tal-armati.
14 ‘Dakinhar li nitlob kont minn Iżrael taʼ kemm-il darba rribellaw,*
Jien se neqred ukoll l-artali taʼ Betel;
Se nqaċċat il-qrun tal-artal u jaqgħu mal-art.
15 Jien se nkisser id-dar tax-xitwa u d-dar tas-sajf.’
‘Id-djar imżejnin bl-avorju se jiġu fix-xejn,
U d-djar kbar* se jispiċċaw,’ jgħid Ġeħova.”