LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g01 8/8 p. 12
  • Ħarsa Lejn id-Dinja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħarsa Lejn id-Dinja
  • Stenbaħ!—2001
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Is-​Sindromu tal-​Klassi Ekonomika
  • Il-​Prostituzzjoni Aċċettata
  • L-​Irġiel u n-​Nisa Jisimgħu b’Mod Differenti
  • Reġgħet Feġġet is-​Sifilide
  • Id-​Deżert Qed Jidħol fl-​Għalqa taʼ Ħaddieħor
  • L-Irqad—Kemm hu Importanti?
    Stenbaħ!—2011
  • Ikollna Noħolmu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
Stenbaħ!—2001
g01 8/8 p. 12

Ħarsa Lejn id-​Dinja

Is-​Sindromu tal-​Klassi Ekonomika

Matul l-​aħħar tmien snin, 25 passiġġier li waslu fl-​Ajruport taʼ Narita fil-​Ġappun “mietu b’dak li hu magħruf bħala s-​sindromu tal-​klassi ekonomika,” tirrapporta l-​gazzetta The Daily Yomiuri. Minkejja l-​isem, “is-​sindromu tal-​klassi ekonomika” jistaʼ jeffettwa wkoll lil passiġġieri tal-​prima klassi. Meta passiġġier joqgħod bil-​qiegħda għal sigħat twal, dan jistaʼ jnaqqaslu ċ-​ċirkulazzjoni tad-​demm fis-​saqajn u minħabba f’hekk jifformaw ċapep tad-​demm. Jekk xi ċappa tad-​demm titlaʼ għall-​pulmun, din tistaʼ tikkaġuna problemi fin-​nifs u saħansitra l-​mewt. Kull sena, bejn 100 u 150 vjaġġatur li jaslu fl-​Ajruport taʼ Narita jbatu minn xi forma taʼ din il-​problema, jgħid Toshiro Makino, kap tal-​Klinika taʼ l-​Iskola Medika Nippon fl-​Ajruport Internazzjonali fi New Tokyo. Hu jissuġġerixxi: “Passiġġieri li jivvjaġġaw bl-​ajru għal iktar minn sebaʼ jew tmien sigħat f’daqqa għandhom jixorbu iktar ilma mis-​soltu u jieħdu xi miżuri preventivi, bħal li jmattru u jċaqilqu saqajhom.”

Il-​Prostituzzjoni Aċċettata

Qorti Ġermaniża ddeterminat li l-​prostituzzjoni “m’hijiex immorali fundamentalment,” bil-​patt li din ma tkunx tinvolvi sforzar kriminali, tirrapporta l-​gazzetta Frankfurter Allgemeine Zeitung. Il-​qorti amministrattiva taʼ Berlin qatgħetha li ħanut tal-​kafè f’Berlin-Wilmersdorf jistaʼ jibqaʼ miftuħ, avolja l-​prostituti jinqdew bil-​post biex jagħmlu kuntatt mal-​klijenti tagħhom u mbagħad imorru jikru xi kamra fil-​qrib. L-​imħallfin qalu li d-​deċiżjoni tagħhom tirrifletti l-​attitudni li s-​soċjetà sar għandha rigward il-​prostituzzjoni. Stħarriġ fuq 1,002 persuni wera li 62 fil-​mija ħassew li l-​prostituzzjoni għandha titqies bħala impjieg normali bħall-​oħrajn. Skond l-​imħallfin, stħarriġ ieħor wera li l-​maġġuranza tan-​nies iħossu li “l-​integrazzjoni tas-​servizzi sesswali fis-​sistema ekonomika” fil-​Ġermanja ilha li seħħet żmien twil.

L-​Irġiel u n-​Nisa Jisimgħu b’Mod Differenti

Ir-​riċerkaturi sabu li n-​nisa jużaw iż-​żewġ naħat taʼ moħħhom biex jisimgħu, filwaqt li l-​irġiel jużaw naħa waħda biss, jirrapporta Discovery.com News. Waqt studju saret osservazzjoni tal-​moħħ fuq 20 raġel u 20 mara huma u jisimgħu rakkont taʼ ktieb irrekordjat fuq tejp. Ir-​riżultati taʼ l-​osservazzjoni wrew li l-​irġiel jisimgħu l-​iktar bin-​naħa x-​xellugija tal-​moħħ, in-​naħa li għandha x’taqsam mas-​smigħ u d-​diskors. Mill-​banda l-​oħra, in-​nisa kellhom attività fuq iż-​żewġ naħat tal-​moħħ. It-​Tabib Joseph T. Lurito, assistent tal-​professur tar-​radjoloġija fl-​Iskola tal-​Mediċina fl-​Università taʼ Indiana, jgħid li r-​riċerka tissuġġerixxi li l-​mod kif l-​irġiel jipproċessaw il-​lingwa huwa differenti minn tan-​nisa, imma dan ma jfissirx bilfors li xi ħadd minnhom għandu iktar abbiltà mill-​ieħor. Studji oħra donnhom jindikaw li n-​nisa “kapaċi jlaħħqu maʼ żewġ konversazzjonijiet fl-​istess ħin,” jgħid it-​Tabib Lurito.

Reġgħet Feġġet is-​Sifilide

Fi Franza, għal għaxriet taʼ snin, is-​sifilide ftit li xejn kienet dehret. Madankollu, is-​sena l-​oħra, it-​tobba nnotaw epidemija ġdida taʼ din il-​marda trasmessa sesswalment, l-​iktar fost l-​omosesswali, tirrapporta l-​gazzetta Franċiża li toħroġ kuljum, Le Figaro. Żjieda simili fil-​każi tas-​sifilide ġiet innotata wkoll fil-​Britannja u l-​Irlanda fis-​sena 2000. Is-​sifilide hija marda kaġunata mill-​batterji. Din toħloq ħsara u raxx fuq il-​ġilda fl-​istadji bikrin tagħha u jekk ma tiġix ikkurata tistaʼ twassal għal ħsara fis-​sistema nervuża u fil-​qalb u l-​arterji. Huwa inkwetanti li reġgħet feġġet is-​sifilide, tosserva Le Figaro, peress li “l-​ġenerazzjonijiet il-​ġodda tat-​tobba ma jafu assolutament xejn fuqha għax qatt ma eżaminaw każ wieħed matul it-​taħriġ mediku tagħhom.” Għaldaqstant it-​tobba jistgħu jaħsbuha marda oħra, u b’hekk ma tingħatax il-​kura meħtieġa. Speċjalisti tal-​mard jissuspettaw li s-​sifilide reġgħet feġġet minħabba l-​prattiċi sesswali perikolużi li qed isiru. Għaldaqstant, huma jibżgħu li din it-​tendenza tistaʼ tkun is-​sinjal li juri li se jkun hemm “splużjoni ġdida fl-​epidemija taʼ l-​AIDS.”

Id-​Deżert Qed Jidħol fl-​Għalqa taʼ Ħaddieħor

“Is-​Saħara qabeż għan-​naħa l-​oħra tal-​Mediterran,” tirrapporta The Guardian taʼ Londra, “għax taħlita qattiela taʼ [ħsara] fil-​ħamrija u bidla fil-​klima qed tbiddel partijiet tan-​nofsinhar taʼ l-​Ewropa f’deżert.” Waqt konferenza tal-​Ġnus Magħquda rigward il-​ġlieda kontra t-​tifrix tad-​deżert, li nżammet f’Diċembru 2000, wieħed espert qal li parti mill-​ħtija hija tal-​biedja fuq skala globali, għax minħabba fiha l-​bdiewa ż-​żgħar sabuha diffiċli biex jikkompetu. Għaldaqstant il-​bdiewa jabbandunaw ir-​rabaʼ li kien ilu miżmum għal eluf taʼ snin permezz taʼ lqugħ imtarraġ u tisqija bil-​għaqal. Ir-​riżultat huwa li maż-​żmien il-​ħamrija titlaq kollha maʼ l-​ilma. Is-​sitwazzjoni hija mwiegħra ħafna fin-​nofsinhar taʼ l-​Italja, Spanja u l-​Greċja. Postijiet bħall-​Bulgarija, l-​Ungerija, ir-​Rumanija, il-​Moldova, ir-​Russja u ċ-​Ċina wkoll qed jiffaċċjaw din il-​problema taʼ iktar inħawi li jsiru deżert. Klaus Töpfer, id-​direttur eżekuttiv tal-​Programm taʼ l-​Ambjent tal-​Ġnus Magħquda, qal: “Il-​ħamrija hija mezz naturali importanti għall-​benesseri tan-​nies u għall-​ambjent daqskemm huma importanti l-​ilma nadif u l-​arja nadifa.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja