Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 12 taʼ Mejju
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-Ministeru tas-Saltna. Uża s-suġġerimenti f’paġna 8, u ħejji turija taʼ kif jiġi preżentat It-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Mejju flimkien maʼ ħarġa oħra taʼ Stenbaħ! Minkejja li ssir preżentazzjoni fuq It-Torri taʼ l-Għassa biss, iż-żewġ rivisti għandhom jiġu offruti flimkien. Semmi l-arranġament tad-donazzjonijiet.
20 min: Ġenituri—Għinu lil Uliedkom Jagħmlu Progress. Taħdita li tiddiskuti punti prinċipali tal-ktieb Ministry School, paġni 9-12 u 21-38. Inkuraġġixxi lill-ġenituri biex jużaw ftit minn dan il-materjal fl-istudju tagħhom tal-familja, bil-mira li jħarrġu lil uliedhom biex jagħmlu progress fil-ministeru. Uri x’punti speċifiċi jistgħu jiġu użati biex it-tfal jiġu megħjunin jiżviluppaw l-abbiltajiet li għandhom bżonn.
15 min: “Fdati bl-Aħbar Tajba.”a Ipprepara minn qabel biex pubblikatur jew tnejn jispjegaw fil-qosor kif setgħu jirranġaw iċ-ċirkustanzi persunali tagħhom ħalli jkunu jistgħu jieħdu sehem iktar fix-xogħol taʼ l-ippridkar.
Għanja 46 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 19 taʼ Mejju
15 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet. Iddiskuti “Il-Bini Internazzjonali tas-Swali tas-Saltna f’Xi Pajjiżi Ewropej.” Semmi li l-bini taʼ Swali tas-Saltna kemm f’postijiet b’riżorsi limitati u kemm dawk fit-territorju lokali huwa appoġġat mill-kontribuzzjonijiet lill-Fond għas-Swali tas-Saltna.
15 min: “Napprezzaw lill-Pijunieri.” L-indokratur tas-servizz jiddiskuti l-informazzjoni maʼ żewġ pijunieri jew tlieta. Qanqal lill-pijunieri jgħidu kif inkuraġġew lil oħrajn, u itlobhom jikkummentaw dwar x’inkuraġġiehom l-iktar lokalment. Faħħar lill-kongregazzjoni għall-appoġġ li tagħti lill-pijunieri.
15 min: “Faħħar lil Jehovah Permezz taʼ Xiehda Informali.” Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza. Meta tkun qed tiddiskuti paragrafu 3, staqsi lill-udjenza dwar x’jistaʼ jintqal biex tinbeda diskussjoni mill-Bibbja f’xi sitwazzjonijiet milli ġejjin: (1) waqt li tkun qiegħed fil-kju biex tħallas f’xi ħanut, (2) meta tuża t-trasport pubbliku, (3) maʼ xi ġâr li qiegħed jagħmel xi xogħol fil-ġnien, (4) maʼ xi ħadd minn sħabek fil-post tax-xogħol, u (5) maʼ xi ħadd minn sħabek tal-klassi fl-iskola. Ipprepara minn qabel għal xi esperjenza lokali li turi kif pubblikatur ta xiehda informali b’suċċess.
Għanja 135 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 26 taʼ Mejju
10 min: Avviżi lokali. Fakkar lil kulħadd biex jitfaʼ r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Mejju. Uża s-suġġerimenti f’paġna 8, u ħejji żewġ turijiet separati taʼ kif jiġu preżentati t-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Ġunju u Stenbaħ! tat-8 taʼ Ġunju. F’kull turija, iż-żewġ rivisti għandhom jiġu offruti flimkien, minkejja li ssir preżentazzjoni fuq waħda minnhom biss. Fil-konklużjoni taʼ waħda mill-preżentazzjonijiet ħalli l-fuljett Tixtieq Tkun Taf Iżjed dwar il-Bibbja? maʼ inkwilin li ma jkunx aċċetta r-rivisti.
10 min: Kaxxa għall-Mistoqsija. Taħdita. Irrivedi fil-qosor xi suġġerimenti għall-preżentazzjonijiet fuq it-telefon li jidhru fil-Ministeru tas-Saltna taʼ Frar 2001, f’paġna 6, paragrafi 12-15, jew xi suġġerimenti oħrajn li kienu effettivi fit-territorju lokali.
25 min: “Il-Kelma t’Alla Hija Verità.”b Uża l-mistoqsijiet provduti. Stieden lil dawk fl-udjenza biex jikkummentaw kif ġew megħjunin jitgħallmu l-verità meta xi pubblikaturi użaw il-Bibbja biex iwieġbu l-mistoqsijiet li kellhom. Meta tkun qed tiddiskuti paragrafu 4, pubblikatur kapaċi jagħmel turija taʼ kif tintuża l-Bibbja fl-ewwel żjara, billi juża ftit mis-suġġerimenti li jidhru fl-artiklu “Uża l-Kelma t’Alla Sew.”—km-MT 12/01 pġ. 1 pari. 3-4.
Għanja 188 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 2 taʼ Ġunju
10 min: Avviżi lokali. Irrivedi xi suġġeriment jew tnejn mill-insert tal-Ministeru tas-Saltna taʼ Jannar 2002 biex jiġu preżentati l-browxer X’Jirrikjedi u l-ktieb Għarfien.
20 min: Żwieġ Onorabbli—Obbligu Divin. Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza. F’ħafna artijiet, huwa komuni għall-koppji biex jgħixu flimkien mingħajr ma jkunu miżżewġin legalment. Xi wħud isostnu li dan għandu vantaġġi prattiċi. Uri x’inhi l-ħarsa tal-Bibbja, billi tenfasizza li ż-żwieġ huwa taʼ oriġini divina. (rs pġi. 248-9) Il-fatt li tnejn jgħixu flimkien mingħajr ma jkunu miżżewġin huwa fornikazzjoni. (fy-MT pġ. 17) Għall-kuntrarju taʼ x’jaħsbu ħafna, l-istudji juru li meta tgħix maʼ xi ħadd qabel iż-żwieġ dan inaqqas il-potenzjal li ż-żwieġ ikun wieħed taʼ suċċess. (g02 3/8 pġ. 29; g92 9/8 pġ. 28; g91 5/8 pġ. 28) Il-Kristjani jonoraw lil Jehovah billi jżommu mal-livelli tiegħu. Billi jagħmlu dan, jibbenefikaw huma wkoll.—Is. 48:17, 18.
15 min: Kif Qiegħed Tibbenefika? Diskussjoni maʼ l-udjenza li għandha tingħata mill-indokratur taʼ l-iskola. Mill-bidu taʼ Jannar, l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku bdiet titqassam b’mod differenti. Irrivedi fil-qosor xi ftit mill-aspetti l-ġodda taʼ l-iskola. Uri l-benefiċċji li rriżultaw s’issa. Hemm iktar li nkitbu fl-iskola? Hemm iktar ħeġġa biex l-udjenza tipparteċipa? L-istudenti kif qegħdin jibbenefikaw mill-arranġamenti l-ġodda taʼ kif jingħataw il-pariri? Stieden lill-udjenza biex tgħid kif ibbenefikat personalment s’issa u kif tħoss li l-programm il-ġdid se jgħinha fil-futur.
Għanja 225 u talba taʼ l-għeluq.
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
b Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.