LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bh p. 199-p. 201 para. 4
  • Ġesù Kristu—Il-Messija Mwiegħed

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġesù Kristu—Il-Messija Mwiegħed
  • Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Materjal Simili
  • Liema profeziji juru li Ġesù kien il-Messija?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Jiġi Mbassar il-Messija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Huma Stennew lill-Messija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Ġesù Kristu—Iċ-Ċavetta għall-Għarfien Dwar Alla
    Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem
Ara Iżjed
Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
bh p. 199-p. 201 para. 4

APPENDIĊI

Ġesù Kristu—Il-Messija Mwiegħed

BIEX jgħinna nidentifikaw il-Messija, Alla Ġeħova nebbaħ lil ħafna profeti fil-Bibbja biex jipprovdu dettalji dwar it-twelid, il-ministeru, u l-mewt taʼ dan il-Ħellies imwiegħed. Dawn il-profeziji Bibliċi kollha twettqu f’Ġesù Kristu. Huma eżatti u dettaljati b’mod taʼ l-għaġeb. Biex nagħtu eżempju taʼ dan, ejja nikkunsidraw ftit profeziji li bassru ġrajjiet li kellhom x’jaqsmu mat-twelid u t-tfulija tal-Messija.

Il-profeta Isaija bassar li l-Messija kellu jkun dixxendent tas-Sultan David. (Isaija 9:6 [9: 7, NW]) Ġesù tabilħaqq twieled fil-linja taʼ David.—Mattew 1:1, 6-17.

Mikea, profeta ieħor t’Alla, bassar li dan it-tifel kellu eventwalment isir ħakkiem u li kellu jitwieled f’“Betlehem taʼ Efrata.” (Mikea 5:1 [5:2, NW]) Fiż-żmien meta twieled Ġesù, kien hemm żewġt ibliet f’Iżrael li kien jisimhom Betlehem. Waħda kienet qrib Nazaret fir-reġjun tan-naħa taʼ fuq tal-pajjiż, u l-oħra, qrib Ġerusalemm f’Ġuda. Betlehem li kienet qrib Ġerusalemm qabel kienet tissejjaħ Efrata. Ġesù twieled f’dik il-belt, preċiż bħalma bassret il-profezija!—Mattew 2:1.

Profezija oħra fil-Bibbja bassret li l-Iben t’Alla kellu jissejjaħ “mill-Eġittu.” It-tfajjel Ġesù ttieħed lejn l-Eġittu. Hu nġab lura wara l-mewt t’Erodi, u b’hekk wettaq il-profezija.—Hosegħa 11:1; Mattew 2:15.

Fit-tabella f’paġna 200, l-iskritturi mniżżlin taħt it-titlu “Profezija” fihom dettalji dwar il-Messija. Jekk jogħġbok qabbel dawn maʼ l-iskritturi mniżżlin taħt it-titlu “Twettiq.” Jekk tagħmel dan se tkompli ssaħħaħ il-fidi tiegħek fil-verità tal-Kelma t’Alla.

Filwaqt li teżamina dawn l-iskritturi, żomm f’moħħok li dawk minnhom li huma profeziji nkitbu mijiet taʼ snin qabel it-twelid taʼ Ġesù. Ġesù stqarr: “Kulma hemm miktub dwari fil-liġi taʼ Mosè u fil-Profeti u fis-Salmi jrid jitwettaq.” (Luqa 24:44) Bħalma int stess tistaʼ tikkonferma fil-Bibbja tiegħek, dawn twettqu tabilħaqq—u sa l-inqas dettall!

PROFEZIJI DWAR IL-MESSIJA

ĠRAJJA

PROFEZIJA

TWETTIQ

Imwieled fit-tribù taʼ Ġuda

Ġenesi 49:10

Luqa 3:23-33

Imwieled minn verġni

Isaija 7:14

Mattew 1:18-25

Dixxendent tas-Sultan David

Isaija 9:6 (9:7, NW)

Mattew 1:1,6-17

Ġeħova jiddikjara li hu Ibnu

Salm 2:7

Mattew 3:17

Ma jemmnux fih

Isaija 53:1

Ġwanni 12:37, 38

Daħal Ġerusalemm riekeb fuq felu

Żakkarija 9:9

Mattew 21:1-9

Tradut minn ħabibu

Salm 41:10 (41:9, NW)

Ġwanni 13:18, 21-30

Tradut għal 30 biċċa tal-fidda

Żakkarija 11:12

Mattew 26:14-16

Sieket quddiem min akkużah

Isaija 53:7

Mattew 27:11-14

Ħwejġu tellgħuhom bix-xorti

Salm 22:18

Mattew 27:35

Mgħajjar fuq iz-zokk tat-tortura

Salm 22:8, 9 (22:7, 8,NW)

Mattew 27:39-43

Ebda għadma ma kissrulu

Salm 34:21 (34:20, NW)

Ġwanni 19:33, 36

Midfun maʼ l-għonja

Isaija 53:9

Mattew 27:57-60

Imqajjem qabel it-taħsir

Salm 16:10

Atti 2:24, 27

Qiegħed fil-leminija t’Alla

Salm 110:1

Atti 7:56

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2026 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja